Categories
mt-mt

Hena

Bniedem

Il-Bnedmin (Umani) huma primati fl-ispeċi Homo sapiens (bil-Latin; ‘Raġel għaref’), fil-ġeneru mammiferi, fil-klassi Mammalia, fil-familja Hominidae.

L-Umani għandhom moħħ żviluppat ħafna li jippermetti raġunamenti astratti, il-lingwa u introspezzjoni (li tikkuntempla lilek innifsek, u mhux tosserva madwarek biss). Dan, flimkien ma’ ġisem wieqaf li jippermetti l-użu ħieles tal-idejn ippermetta lil bnedmin sabiex jagħmlu użu kbir ta’ għodod.

Bħal ħafna primati oħra, l-umani huma ta’ natura soċjali u jħobbu joqogħdu miġburin flimkien. Barra minn hekk, kapaċi jużaw ħafna tipi ta’ kommunikazjoni. Il-bnedmin, matul is-snin u jibqgħu fil-futur, jikkreaw strutturi soċjali kumplessi magħmula minn gruppi ta’ individwi li jikkooperaw flimkien u jikkompetu ma’ xulxin. Id-daqs ta’ dawn il-gruppi jvarja minn ftit individwi għal nazzjonijiet sħaħ b’miljuni ta’ nies. It-taħlit bejn dal-gruppi ħoloq matul iż-żminijiet varjeta’ kbira ta’ tradizzjonijiet, ritwali, etika, valuri, użanzi, normi soċjali u liġijiet li kollha jiffurmaw l-bażi tas-soċjetà umana.

Wikipedia.org:

https://mt.m.wikipedia.org/wiki/Bniedem

Lingwa Maltija

Il-Malti huwa l-ilsien nazzjonali tar-Repubblika ta’ Malta. Huwa l-ilsien uffiċjali flimkien mal-Ingliż; kif ukoll wieħed mill-ilsna uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan l-ilsien għandu sisien u għerq semitiku, ta’ djalett Għarbi li ġej mill-Afrika ta’ Fuq, għalħekk qatt ma kellu rabta mill-qrib mal-Għarbi Klassiku. Iżda tul iż-żminijiet, minħabba proċess tal-latinizzazjoni ta’ Malta, bdew deħlin bosta elementi lingwistiċi mill-Isqalli, djalett ta’ art li wkoll għaddiet minn żmien ta’ ħakma Għarbija. Wara l-Isqalli beda dieħel ukoll it-Taljan, fuq kollox fiż-żmien tad-daħla tal-Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann sa meta l-Ingliż ħa post it-Taljan bħala l-ilsien uffiċjali fil-Kostituzzjoni Kolonjali tal-1934.

https://mt.m.wikipedia.org/wiki/Lingwa_Maltija

Malta

Malta, magħrufa uffiċjalment bħala r-Repubblika ta’ Malta, hija repubblika konstituzzjonali żviluppata Ewropew fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Il-pajjiż jikkonsisti minn arċipelagu ta’ seba’ gżejjer li jinsabu fil-Baħar Mediterran, fl-Ewropa t’Isfel, 93 km mill-kosta ta’ Sqallija (l-Italja), 288 km fil-Lvant tat-Tuneżija u 300 km fit-Tramuntana tal-Libja. Dawn il-gżejjer igawdu minn klima Mediterranja.

Matul l-istorja, il-pożizzjoni ta’ Malta fil-Baħar Mediterran kellha sinjifikat strateġiku. Minħabba dan il-fattur, numru ta’ qawwiet fosthom il-Feniċi, ir-Rumani, l-Għarab, l-Isqallin, il-Kavallieri ta’ San Ġwann u l-Ingliżi lkoll ħakmu lil Malta. Malta kisbet l-indipendenza mir-Renju Unit fl-1964 u għaxar snin wara, fl-1974, saret Repubblika però xorta baqgħet membru tal-Commonwealth tan-Nazzjonijiet. Attwalment hi membru tal-Unjoni Ewropea, wara s-sħubija fl-2004, u wkoll tan-Nazzjonijiet Uniti. Il-Lingwa Maltija hija l-unika lingwa Semitika li hija lingwa formali tal-Unjoni Ewropea.

https://mt.m.wikipedia.org/wiki/Malta

7hi7.com12R.tv ❌️✅️